I LOVE YOU MALTA
Din is-CD kienet miktuba partikolarment ghall emigranti Maltin fl-Awstralja,  waqt it-tour fl-istess post fl-2004.
Il-kliem tad-diski huma miktuba minn Joe Demicoli, minbarra Ogni Volta, li hija miktuba bil-ghajnuna ta' Joe Attard minn Sydney.
 
Fiha 18 il-silta bl-ahhar 5 diski mehudin mis-cd Wipeout! (illum dis-cd m'ghadiex tigi pubblikata)
Dawn huma L- 4 ta' Marazu 1963, Oh Julie, Kajbojs Maltin, Oh Freddie, Jekk Thobbni (Sandy Demicoli) 
 

01. I LUV U MALTA
Id-dmugh li nxerred ghalik
Il-qalb mugugha tibkik
Ghalkemm il-boghod minn xulxin
Ma nsejtek qatt tul is-snin
Nibqa nhobbok bhall ma kont
Int l-isbah holma li hlomt
Ghax inti specjali wisq
Nixtieqlek barka u risq
 
Gzira tal-bahar u x-xemx
Bhalek ghalija zgur m’hemmx
Tajtni l-imhabba li xtaqt
Imma lilek jiena tlaqt
Dak kellu jkun id-destin
Jiena u int mifrudin
Inti ghalija djamant
L-imhabba ta’ emigrant
 
I love you Malta – u kemm jien kburi bik
I need you Malta – kuljum niftahar bik
Inhobbok Malta   – kif qatt nista ninsik
I love you Malta – int mieghi kullimkien
Inhobbok Malta   – ilghaliex Malti jien
U inti art twelidi sbejha Malta
 
Nittama biss f’dak iz-zmien
L-ghad nergghu nkunu flimkien
Ta l-anqas ghall ftit tal hin
Nergghu inhaddnu l-xulxin
L-imhabba lejk ma tmut qatt
Memorji sbieh u xewqat
Il-boghod mill ghajn mhux mill-qalb
Dejjem fi hsiebi fit-talb
 
 
02. QAMMILIN
Kemm hadt gost meta lili stednuni fl-art tal-kangaruni
Ghax hsibt illi l-maltin ta l-awstralja kollha pampaluni
Ghalhekk gibt is-cd’s biex inbieghhom u naqla kemxa gmiela
Imma baqawli kollha ma wicci – kemm hawn nies qammiela  
 
Kif inzilt l-ajruport iccassajt qisni wicc il-hniena
Kif kont halqi miftuh haqq ix-xjafek dahlitli dubbiena
Qalli x’ghandek x’diddikkjara l-ufficcjal tad-dwana
Ghidtlu kull ma gibt mieghi lill mara u s-cd’s tal-banana
 
Fl-ajruport mhux talli ma sibtx il-folla tistennini
Kelli naqbad it-taxi ghax anki l-babyface insieni
Ahseb w’ara kemm ser jifrah bijja u kemm ser jilqani
Minn hawnhekk zgur nispicca eringa ghax l-anqas jitmani
  
Gewwa Sydney haduni Kings Cross biex nara in nisa
Dhalt ma wahda w’tlaqt nigri il-barra…x’riha ta fisa
Gewwa Melbourne haduni St Kilda w’ittantajt xortija
Dhalt ma wahda gustuza w’qazzitni kemm kienet sufija
  
Mela huti maltin u ghawdxin la tiehdux ghalikom
Kull m’ghamilt gbidtilkom ftit saqajkom u tmejjilt bikom
Af illi kont biss qieghed niccajta, xejn personali
Ar ma jfettlilkomx tiehdu ghalija, balalu bhali
Pero mhux sejjer nghidilkom grazzi talli capcaptuli
Mank indenjajtu ruhkom itqumu u drink tixtruli
 
 
03. HAJJA TA’ SUPERSTAR
Twebbilt li nibda nkanta – allavolja naf li stunat
Ohrog l-ghageb u skanta – is-successi ma waqfu qatt
Tghidx kemm sirt popolari – inhabbatha ma l-artisti l-kbar
Oh lord – dik hajja ta’ superstar
  
Go l-Awstralja stiednuni – ma’ l-emigranti Maltin
Hemm dahhalt il-miljuni – x’hin bdejt nghoddhom taghni hass hazin
La ninzel lura Malta – nixtri villa u nbiegh id-dar
Oh lord – dik hajja ta’ superstar
  
Sydney u Melbourne ippakkjajthom – folol li bhalhom qatt ma rajt
Avolja biex pjacir tajthom – tqanzaht u kwazi ippurgajt
Haduli sahhti kollha – u anke spiccajt l-isptar
Oh lord – dik hajja ta’ superstar
  
Sa Surfers imbghadd haduni – biex niehu ftit tal-mistrih
It-tfajliet topless gerfxuni – spiccajt aktar qed niblih
Jaqbel ninzel lura Malta – ghax hawn ser nispicca ghar
Oh lord – dik hajja ta’ superstar
  
04. ATTENTI AL LUPO
L-Awstralja hemm il maltin
Jien naf minnhom hallelin
Ma l-ewwel cans iqaxxruk
Jisolhuk baby jisirquk
 
Wiehed minnhom nafu sew
Jidher qisu tal-mizew
Tahsbu qaddis jimxi fl-art
Imma x-xewk johrog minn gol ward
Niftakar fih jaqbadni il-bard
Ghalhekk jaqbilli nwissikom
Thalluhx jaghmel li jrid bikom
Ghax jislohkom f’hakka t’ghajn
Sar sinjur kbir minn fuq dari
U persuna popolari
Bena villa swimming pool
Ghax believe me he’s no fool
Attenti al lupo
Attenti al lupo
Babyface
Babyface
 
Imm’ issa m’ghadux li kien
Fuqu qed jidher iz-zmien
Halqu vojt spicca bla snien
Donnu jidher li qaleb ghall ahjar
U bil-kemm, ma nghidx sar qisu hmar
 
Tibzax minnhu missu ftit
Qisu qroqqa qiegheda tbid
Tista taghmel bih li trid
Kemm sar kwiet tisthajjlu haruf
X’wahda din, qed jaqalu is-suf
 
Nisthajlu sar qisu naghaga
Ghax jekk titolbu xi haga
Jaghtiehilek b’ karita
Jien li tlabtu kollox taghni
U libbisni u temani
Anki l-mara tellahhieli
U qbaddtu jittantahhieli
Attenti al lupo
Attenti al lupo
Babyface
Babyface 
 
Tawwalt ilsieni w’azzardajt
Ftit iz-zejjed jien parlajt
Ma qadt nibza w’lanqas sthajt
Ghax dak li ghidt kien kollu bic cajt
 
05. DUNCAN
NIXTIEQ NIEHU DRINK MA WENZU
NIXTIEQ NIEHU DRINK MA WENZ
NIFRAHLU TAL-PROMOTION
TALLI RNEXXIELU JIEHU PENZ
NIXORBU FLIXKUN BIRRA
NIEHDUH TAL-LABEL BLU
NIXTIEQ NIEHU DRINK MA WENZU
BASTA JHALLAS HU
       
NIXTIEQ NIEHU DRINK MA FREDU
NIXTIEQ NIEHU DRINK MA FRED
NARAW GHALIEX IL PARTNERSHIP
MA KELLU L-EBDA EFFETT
NIXORBU FLIXKUN BIRRA
JEKK IRID NIEHDU TNEJN
SPECJALI L- OKKAZJONI
SIRNA EWROPEJ
 
NIXTIEQ NIEHU DRINK MA GWIDO
NIXTIEQ NIEHU DRINK MA GWID
FORSI JSIFIRNI MIEGHU
INZOMMLU L-LUGGAGE JEKK IRID
NIXORBU FLIXKUN BIRRA
LEST LI NHALLASLU JIEN
BASTA JWEGHDNI LI FIS SAFAR
INSIEFRU FLIMKIEN
 
NIXTIEQ NIEHU DRINK MA GUZEPPI
NIXTIEQ NIEHU DRINK MA ZEPP
DAK GHANDU L-HBIEB FIS-SEMA
FL-AHHAR JISWA DAQS MITQLU DEHEB
NIXORBU FLIXKUN BIRRA
INKELLA PINTA NBID
U NGHIDLU IBERIKNI
GHANDI BZONN MHUX FTIT        
                         
 I love to have a beer with Duncan
Oh I love to have a beer with Dunc.
We drink in moderation
And we never ever ever get rollin' drunk
We drink at the Town and Country
Where the atmosphere is great
I love to have a beer with Duncan
'Cause Duncan's me mate
I love to have a beer with Duncan
'Cause Duncan's me mate
 
06. OGNI VOLTA
Ogni volta li tlajt sa l-Awstralja
Kemm laqawni l-Maltin u l-Ghawdxin
Sthajjilthom l-appostli mdawwrin mieghi
Jien fin nofs inkun qisni l-Bambin
 
Ogni Volta li nlesti inkanta
Biex niffirma in-nies taghmel kju
Fil-ghaxija zalzett, bajd u bacon
Mistieden ghand xi hadd B.B.Q.
 
Kull darba li kantajt
Tghidx kemm applawsi qlajt
U tifhir m’ghand kullhadd
Anke l-Maltese Herald ippubblikaw ritratt
 
Ogni volta li hargu jdawwruni
Mill Blue Mountains sa Circular Quay
Galantomi sibthom ghax hallsuli
Ma nfaqtx sold u gieni kollox free
 
Kull darba li kantajt
Tghidx kemm applawsi qlajt
U tifhir m’ghand kullhadd
Anke l-Maltese Herald ippubblikaw ritratt
 
Ogni volta tfisser ta kull darba
Ghall dawk li ma jafux bit-Taljan
Ta kull darba li gejt go l-awstralja
Kemm hassejtni kuntent u ferhan
Kull ma xtrajt kollox made in Taiqan
Jien ferhan
Int ferhan
Tlift l-ajruplan
 
 
07. SHIELA BABY
L-Awstralja ltqajt ma Shiela
Qaltli g’day w’ghidtilha g’day
Ghidtilha Me I come Hal Ghaxaq
I am here on holiday
Shiela baby, l-lejla maybe, naghmlu date
 
Ghidtilha Ghaxaq is in Malta
In the Mediterranean Sea
The Maltese are beautiful people
Jekk trid ezempju look at me
Shiela baby, l-lejla maybe, naghmlu date
 
Jiena very popular –with Aussie-Maltese
In Malta I am a star – jikkupjawli s-cd’s
 
Ghidtilha Shiela you are sexy
I love to be with you
Ahna l-Maltese we are great lovers
I jump on you bhall kangaru
Shiela baby, l-lejla maybe, naghmlu date
 
Qaltli in Maltese I can say zalzett - u hawn bhall donni ntbaht
Ir-rih ghollielha id-dublett – kienet bla qalziet ta taht
 
Qaltli you take me or you leave me
If you don’t pay, you don’t touch
And I will cost you a hundred dollars
Bloody Maltese you talk too much
Shiela baby, l-lejla maybe, we no date
Shiela baby, l-anqas bdejt, ga nhossni ghajjejt
Shiela baby, dabbart rasi, w’ tghidx kemm grejt
 
 
 
08. BIRRA M’GHANDIX
Illum qomt bin nervi u bi dwejjaq kbar
Il mara hallitni u harbet mid dar
Illum nisker sakra w’ar ma tkellimnix
Mort niftah il-freezer, imma birra m’ghandix
 
Imblebleb ghall qatra inhossni se m-mut
Mort s’ghand iz-Zubina ghax dak ghandu hanut
Ghidtlu gejt hawn biex nisker ghax ghandi tgerfix
Qalli siehbi bad luck, ghax birra m’ghandix
 
Ghidtlu mela mur ghorqod x’int taghmel miftuh
Jew qieghed ticcajta kemm inti bahbuh
Qalli Guz ejja t-tawwal jekk ma temminix
Ghandi ilma u soft drinks, imma birra m’ghandix
 
Qalli w’int minflok birra tista tiehu grokk
Kif bil fors Itrid birra jekk dik out of stock
Cempilt hanut iehor faccata f’ ta Xbiex
Tani l-istess twegiba, qalli birra m’ghandiex
 
Fil pront jidhol salesman, fil-bar waqa s-skiet
Qallu jiena ta Farsons gejt ghall ordnijiet
Htaftu hatfa minn sidru ghidtlu kif ma tisthix
Qalli ga naf x’sa tghidli, imma birra m’ghandix
 
Issellift il-mobile cempilt overseas
l-Awstralja l-Germanja xi ghoxrin pajjiz
Din l-istess twegiba issa ma niflahix
skuzana we’re sorry, imma birra m’ghndniex
 
Infethu ghajnejja ndunajt li kont hlomt
Sparajt minn gos-sodda bhall sajjetta qomt
Mort niftah il-freezer u ma temmnunix
Kelli aptit nibki ghax birra m’ghandix
 
 
09. YOUR MOUTH WAS MOUTH 4 TALKING
Gejt l-Awstralja w kif gharaft lill huti
Mill paroli taghhom u d-diskors
Alla taghna don li m’ ahniex muti
Kulhadd jitfa l-paroli kif ihoss
Your mouth is made for talking
Tista tghid li trid
Imma hafna talking zgur illi ma jghamilx gid
 
Il-Maltin li telghu go l-Awstralja
Mill Maltin ta’ Malta ma nbidlux
L-hena taghhom jivvintaw xi qlajja
Ghax ahna vera poplu ma nfiequx
Your mouth is made for talking
Imma ahjar tar’ xi tghid
Temminx illi tisma u tmurx tghid dak illi smajt
 
Hawn min jidghi biex jiehu r-raguni
Ghall xejn b’xejn isemmi l-qaddisin
Nies bhall dawn fix-xjaten ifakkruni
Ghax huma ghajb ghalina il-Maltin
Your mouth is made for talking
Razzan dak l-ilsien
Ghax tigi sajjetta u tahraqlek kullimkien
  
R U ready mouth…start talking…
 
10. SWEET BABYFACE
Kemm hu maghruf - mal-Maltin ta’ l-Awstralja
Fit- tajjeb w’anke fil-hazin
Kultant haruf - kultant bl-ikrah jizbalja
Nghidlu ghalxejn wicc ta’ xadin
 
Gej - arah gej
Daqshiex fih - ar’ ma jfettilekx tmerieh
 
Chalres Curmi…
Sweet Babyface - se jaqalek il-qalziet
Shit Babyface - jew bid-dieta jew bl-inkwiet
 
Kont bhall ballun - zaqqek itrid tixpakka
L-anqas kont issib cinturin
Imma illum - donnok hallejta fjakka
Inxift bhall zokk wicc ta’ xadin
 
Gej - arah gej
Kemm irqaq - fejn marritlu dik iz-zaqq
 
Charles Curmi…
Sweet Babyface - se jaqalek il-qalziet
Shit Babyface - jew bid-dieta jew bl-inkwiet
11. GUNDAGAI
Minn Sydney ghall Melbourne
Il-hin kollu ndoqqu l-horn
Sakemm waqfuna f’ Gundagai
Puluzija warajna – imsarna f’saqajna
Hassejtni mejjet haj
Puluzija Awstraljana - ma tantx fihom gost
Kieku Malti minn taghna – tirranga fil-post
Kemm ghamilna weghdiet – biex nehilsu mill inkwiet
Tlabna l-tal-Grazzja f’ Gundagai
 
Citazzjoni you get
For you don’t have no respect
You blow your horn in Gundagai
Kelli niehu pacenzja – naghtih il-licenzja
Hassejtni mejjet haj
Gibidli l-attenzjoni - dan il-police
Qalli x’kumbinazzoni – ghax jiena Maltese
Hadna b’idejn xulxin – ghidtlu ghar ruh il-mejtin
U bqajna ndoqqu f’Gundagai
Paqpaq u paqpaq f’ Gundagai
 
 
12. SORRY WE’RE MALTESE
Welcome to Malta
I will be your gwida
Yes we have Niagara falls
Imma ahna nghidulha l-Imsida
 
If you like swimming
Niehdok Birzebbugia
Jekk titqazzez do not swim
Ghax il-bajja vera mahmuga
Bid-drenagg- it is just too much
Oh yes please – we’re maltese
 
If you like walking
Fuq il-bankina
You have to play the passju
Jekk ma tridx tirfes xi pastina
 
Mountain climbing fil maghtab
Jekk thobb l-avventura
Drive a car in malta roads
U nispera li tigi lura
Qawwi w’shih – ma titlifx il-qiegh
Oh yes please – we’re maltese
 
We got the sunshine
We got the bahar
From Ewropa gibna l-istielel
So the poplu have biex jiftahar
 
And we have Kastilja
Biex izzommna ferhana
Hope you had nice holiday
U li terga tigi tarana
Tell your friends kemm hadt pjacir
Fir-repubblika tal-banana
Ciao u bye – sraqnik haj
Oh yes please – we’re maltese
 
 
13. MALTA
Jekk trid parir, sabiex tiehu pjacir - Malta
Tfajliet tal-life, bit-two pieces fis-sajf - Malta
Min jaf jixxala mixhut fuq ir-ramel
Min jigbor il-fliexken u jqaxxar il-qamel
Inkwiet ta xej' -  kuljum holiday - Malta
 
Haddiema bizlin, ghax -xoghol maghrufin - Malta
Tar-registrar, jghixu hajja ahjar - Malta
Team tal-futbol kollu unuri
Roundabouts mimlija fjuri
Skips ghall iskart - genna ta' l-art - Malta
 
Il-kmandamenti mill one sat-ten
Hadd ma jiksirhom ghax jibzaw mill infern
Jekk tigbor kollox, mill A saz Z
Alla jberikna kollox perfett
 
Kulhadd ferhan, specjalment fis-sewqan - Malta
Turist inhobbuh, bhall bajtra nqaxxruh - Malta
Klandestini izuruna
Ghaliex lilna ihobbuna
Poplu mahbub daqs cup a soup - Malta
 
Ahmar u blu, niggieldu l-kung fu - Malta
Half in Maltese, in-nofs l-iehor bl-Ingliz - Malta
Jien tghidli xejn imma nghid ghalija
Inhossni kburija li jien Maltija
Kollox perfett, mill A saz Z  -  Malta
Bravu min qal, kuljum karnival  -  Malta
Basktijiet tqal, ghalina it-tfal - L-iskola